“Il-PN huwa kommess li jinħolqu eluf ta’ impjiegi fil-ħames snin li ġejjin” – Lawrence Gonzi

Waqt li kien qiegħed jindirizza laqgħa taħt it-tinda fil-Marsa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi stqarr li l-PN huwa dak il-partit li għandu l-ħila joħloq ix-xogħol f’pajjiżna u li jista’ jġib opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ u l-istudenti.

Il-Prim Ministru tkellem fost l-oħrajn dwar il-€1,128 miljun li inġiebu mill-UE b’risq pajjiżna. Huwa tkellem ukoll dwar l-eluf ta’ impjiegi li l-PN huwa kommess li jinħolqu fil-ħames snin li ġejjin. Dr Gonzi saħaq li x-xogħol jibqa’ l-aktar importanti għaż-żgħażagħ tagħna.

Il-laqgħa fil-Marsa kienet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier li stqarr li l-PN għandu programm mibni fuq ix-xogħol bħala l-ewwel prijorita’. Waqt din il-laqgħa taħt it-tinda tkellmu ukoll diversi kandidati tal-Partit Nazzjonalista.