Il-PN fi kriżi finanzjarja

Hu mifhum li l-ħaddiema fi ħdan il-Partit Nazzjonalista se jirċievu l-paga ta’ Marzu, x-xahar id-dieħel. Dan kien irrappurtat mill-ġurnal ‘The Times’ fejn intqal ukoll l-aħbar ħarġet waqt laqgħa għall-ħaddiema f’Ħamis ix-Xirka mis-Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier kif ukoll minn Antoine Borg li hu inkarigat fil-finanzi.

Kien rappurtat ukoll li l-kumpanija Media Link li tmexxi r-radju u t-televiżjoni kif ukoll il-ġurnali tal-istess Partit Nazzjonalista se tiġi riformata. Hu rrappurat li madwar 150 persuna huma impjegati mal-kumpanija. Intqal ukoll li għalkemm il-ħaddiema kienu mwegħda li se jitħallsu f’April, ma ngħatawx żmien speċifiku meta se jkunu mħallsa.