“Il-PN għandu jgħid jappoġġjax in-nomina tal-Kummissarju Ewropew Malti” – Sant

Alfred Sant sostna li għaddew sitt ijiem u l-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għall-mistoqsija tiegħu jekk jappoġġjax n-nomina tal-Kummissarju Malti ġdid wara l-elezzjonijiet Ewropej.

F’intervent fuq ir-radju, Alfred Sant, kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista, qal li l-poplu Malti u Għawdxi għandu d-dritt ikun jaf jekk il-PN jappoġġjax in-nomina ta’ Leo Brincat bħala Kummissarju Malti.

Sant qal ukoll li jekk il-PN irid jirrispetta s-Saltna tad-Dritt, irid joqgħod għad-deċiżjoni tal-Qrati Maltin li l-pubblikazzjoni sħiħa tal-inkjesta dwar Egrant tipperikola l-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Sant sejjaħ ukoll din l-inkjesta bħala “l-ikbar Terinata fl-istorja politika Maltija.”