Il-PN favur li l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tiġi Malta

L-Oppożizzjoni qed tagħti l-appoġġ tagħha għall-applikazzjoni ta’ Malta biex tospita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Il-kap tal-Partit Nazzjonalista (PN) Adrian Delia bagħat ittra lill-Prim Ministru Joseph Muscat li fiha spjega li jekk din l-applikazzjoni tkun ta’ suċċess, ikun hemm implikazzjonijiet pożittivi.
Fl-ittra tiegħu lil Muscat, Delia nfurmah li l-kap tad-delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa, jinsab lest li jassisti lill-Gvern f’din il-materja.
Aqra l-ittra hawn taħt: