Il-PN favur il-kontroll ta’ reklami ta’ prodotti mhux sustanzjużi

Il-Partit Nazzjonalista (PN) qed jipproponi li r-reklamar ta’ prodotti mhux sustanzjużi għall-ġisem jiġi regolat.

F’dokument dwar id-dijabete li jinkludi 21 proposta, il-PN qal li jrid idaħħal fis-seħħ il-Liġi għal Stili ta’ Ħajja Sana. Skont il-PN din il-liġi ġiet approvata fl-2016. Qal li din tindirizza t-tip ta’ ikel li jitqassam fl-iskejjel u tirregola l-promozzjoni u r-reklamar ta’ prodotti li mhux sustanzjużi għall-ġisem tal-bniedem.

Il-PN qed jipproponi wkoll:

  • Continuous Glucose Monitors (CGMs) b’xejn
  • Użu akbar minn fondi Ewropej għar-riċerka fuq id-dijabete
  • Reġistru li jinkludi l-pazjenti li jgħixu bid-dijabete

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li d-deċiżjonijiet dwar is-saħħa huma responsabbilità tal-pajjiż u tar-riżorsi li jiddedika għalihom. Qed li jemmen li l-ebda pajjiż ma jista’ jsib tarf l-isfidi tas-saħħa waħdu. “Il-fatt li f’pajjiżna hawn eluf kbar ta’ nies li jbatu mid-dijabete b’rata li wkoll qed tiżdied iservina ta’ sfida,” qal Delia.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar id-Dijabete Mario Galea qal li d-dijabete hija kundizzjoni kronika li meta tiġi ttraskurata tikkawża ħafna tbatija.

Il-Kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-PE Francis Zammit Dimech fakkar li ngħaqqad mal-Grupp ta’ Ħidma Ewropew fuq id-Dijabete fejn intgħażel bħala wieħed mill-Presidenti.

Tista’ taqra aktar dwar il-proposti minn hawn:


Il-PN fi ġlieda kontra l-kanċer

Fi stqarrija, il-PN qal li jilqa’ l-aħbar li l-Gvern se jżid aktar mediċini tal-kanċer fuq il-formularju nazzjonali. Qal li huwa impenjat jaħdem ukoll fuq livell Ewropew biex jinċentiva żvilupp ta’ mediċina inkluż għall-kanċer li jolqot lit-tfal.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew u kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-PE f’Mejju li ġej, Francis Zammit Dimech, saħaq li l-Partit Nazzjonalista fassal 30 proposta biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kanċer.

Ħajja tajba għall-familji diffiċli minħabba t-traffiku – Peter Agius

Il-kandidat tal-PN għall-PE Peter Agius qal li permezz tal-Ewropa jrid stil ta’ ħajja tajba għall-familji li qed issir aktar diffiċli minħabba stress kawża ta’ raġunijiet varji inkluż it-traffiku.

Il-kandidata għall-PE Roselyn Borg Knight qalet li d-differenza kbira fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa qed tħalli impatt negattiv fuq il-familji Maltin u Għawdxin.

Min-naħa tiegħu, il-Viċi Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo qal li l-familja hija verament ta’ importanza għall-PN. Spjega li l-MEPs eletti f’isem il-PN fl-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju se jkunu qed jaħdmu biex jassiguraw li l-liġijiet, direttivi, u inizjattivi li jittieħdu fuq livell Ewropew iwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji Maltin.

Aktar mill-kampanji elettorali: