Il-PN f’konsultazzjoni dwar l-emendi għall-Istitut tal-Edukazzjoni

Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista George Pullicino ltaqa’ mal-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Knisja waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar l-emendi mressqa mill-Oppożizzjoni għall-Avviż Legali dwar l-Istitut tal-Edukazzjoni.
Huwa spjega li permezz ta’ dan l-Avviż Legali, il-Gvern irid li fuq il-Bord ikun hemm persuna waħda biss innominata mis-settur edukattiv mhux tal-Istat.
George Pullicino spjega kif l-Oppożizzjoni ma taqbilx li l-iskejjel indipendenti u l-iskejjel tal-Knisja jkollhom rappreżentant wieħed biss bejniethom.
Qal li għandu jkun hemm rappreżentant nominat mill-Iskejjel tal-Knisja u ieħor nominat mill-Iskejjel Indipendenti.
Sostna li l-Oppożizzjoni tibża li l-Gvern qed joħloq preċedent ikrah u li jaf jiġi ripetut f’każijiet oħra ‘l quddiem.