Il-PN b’laqgħa oħra tal-Eżekuttiv il-Ħamis li ġej

Id-Dar-Ċentrali

Il-Partit Nazzjonalista se jkollu laqgħa oħra tal-Eżekuttiv nhar il-Ħamis li ġej.

Kelliem għall-PN ikkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt. Huwa qal li fost l-affarijiet li hemm fuq l-aġenda hemm kontinwazzjoni tal-diskussjoni dwar is-sitwazzjoni politika tal-PN ta’ bħalissa.

Is-sit Net News, il-midja tal-PN, qed jirrapporta li l-laqgħa ssejħet mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

L-aħħar laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN saret it-Tlieta li għadda. Bdiet għat-8pm u spiċċat wara s-2am fis-sigħat bekrin tal-Erbgħa filgħodu. F’dik il-laqgħa Adrian Delia tilef it-tieni vot ta’ sfiduċja kontrih. L-ewwel vot kontrih ittieħed mill-Grupp Parlamentari tiegħu.