Il-PN bi 30 kandidat ġdid għall-Kunsilli Lokali

Il-Partit Nazzjonalista approva 30 kandidat ġdid għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. 
It-30 kandidat tal-Partit Nazzjonalista se jikkontestaw l-elezzjoni tal-kunsilli lokali għall-ewwel darba hekk kif qatt ma kkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-lokalità partikolari.
Aktar minn nofs il-kandidati approvati għandhom anqas minn 40 sena.
Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għandhom isiru kif ippjanat għax b’hekk biss id-demokrazija tiġi rispettata.
Dr Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista approva l-ewwel grupp ta' kandidati ġodda biex ikompli jkun viċin in-nies.
Qal li dawn il-kandidati se jibdew il-ħidma tagħhom qrib ir-residenti fil-lokalitajiet.
Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jiġu approvati aktar kandidati ġodda, kif ukoll eks-kandidati u kunsilliera lokali attwali.