Filmat: Introdotti miżuri; “mhux ġejja katastrofi”

Read in English.

Il-PM Robert Abela u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne se jkunu qed jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar l-eżitu tal-aħħar laqgħa tal-MCESD.

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jindirizzaw lill-midja dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jindirizzaw lill-midja dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Posted by MaltaGov on Friday, August 7, 2020
12:21 Abela jgħid li l-miżuri jridu jittħieħdu skont is-sitwazzjoni ta' dak il-ħin
Christoph Schwaiger
12:21 It-TVM jistaqsi dwar l-infurzar tal-aħħar miżuri
Christoph Schwaiger
12:20 Fearne jgħid li għadu kmieni biex wieħed jgħid jekk hux se jinfetħu l-iskejjel jew le
Christoph Schwaiger
12:20 It-Times of Malta tistaqsi dwar il-ftuħ tal-iskejjel.
Christoph Schwaiger
12:19 Fearne jgħid li Mater Dei qed timmira li tkun tista' tipproċessa mal-2,500 test għall-coronavirus kuljum. Se jiddaħħlu 8 lab scientists biex jgħinu lill-kollegi tagħhom ilaħħqu mad-domanda
Christoph Schwaiger
12:18 Fearne jgħid li Malta tinsab fuq quddiem fid-dinja għan-numru ta' testijiet per capita. Jgħid li fl-aħħar 24 siegħa l-helpline tal-111 wieġeb madwar 97% tat-telefonati fil-ħin stabbilit. Fakkar li se jiżdiedu żewġ swabbing centres.
Christoph Schwaiger
12:16 Abela jgħid hu jimxi mal-pariri ta' Prof. Gauci. Jgħid li l-eħfef ħaġa għalih tkun li jdaħħal miżuri restrittivi. Jgħid li biex stabbiliment idaħħal 100 persuna fuq ġewwa jrid ikollu madwar nofs tomna. Jistaqsi dwar x'jgħid lill-koppji li jkunu se jiżżewġu li jkollhom iħassru t-tieġ.
Christoph Schwaiger
12:13 Newsbook jistaqsi dwar ix-xjenza li qed tiggwida lill-Gvern biex ma jħassarx it-tiġijiet. Il-MAM trid li dawn jitħassru. Jistaqsi wkoll dwar l-għanijiet tal-Gvern fejn jidħlu swab u lab tests.
Christoph Schwaiger
12:07 Jgħid li hemm ħsieb biex dan isir fil-Ġermanja
Christoph Schwaiger
12:07 Fearne jgħid li għalissa m'hemmx ħsieb li jsir dan.
Christoph Schwaiger
12:07 L-Orizzont tistaqsi jekk it-turisti għadhomx jagħmlu swab test meta jiġu Malta
Christoph Schwaiger
12:05 Abela jgħid li ma waħħax fl-immigranti għaż-żieda fil-każi
Christoph Schwaiger
12:04 Abela jgħid li s-sitwazzjoni hija taħt kontroll. Jgħid li m'hemmx mewġa ta' pressjoni fuq il-faċilitajiet mediċi
Christoph Schwaiger
12:03 L-Independent tistaqsi dwar il-"mewġ fil-baħar" u jekk is-sitwazzjoni għadhiex taħt kontroll
Christoph Schwaiger
12:02 Fearne jgħid li l-MUMN issospendew l-azzjonijiet industrijali. Jgħid li se ssir laqgħa oħra mal-MAM. Jgħid li l-bieb għadu mhux magħluq
Christoph Schwaiger
12:01 Jgħid li l-Gvern qabel mal-MAM meta tħassru l-erba' attivitajiet tal-massa
Christoph Schwaiger
12:00 Abela jgħid li l-unjin tat-tobba ma tistax tara l-affarijiet mil-lenti tat-tobba biss. Jgħid li ma jistax jaqbel ma' deċiżjoni li tfisser li għadd ta' operazzjonijiet ma jsirux
Christoph Schwaiger
11:59 Abela jgħid li ħadem fil-qrib mal-MAM għal numru ta' snin
Christoph Schwaiger
11:59 One News jistaqsi dwar il-MAM u jgħid li l-pazjenti qed ibatu
Christoph Schwaiger
11:58 Jgħid li min laħaq weħel multa kellu jħallasa
Christoph Schwaiger
11:58 Abela jgħid li l-Gvern ma ta ebda amnestija
Christoph Schwaiger
11:57 Jikkritika lill-Oppożizzjoni talli qed torganizza elezzjoni għal kap ġdid tal-PN
Christoph Schwaiger
11:56 Abela jgħid li mhux se jaħrab mir-responsabbilità
Christoph Schwaiger
11:55 Abela jgħid li hemm perċezzjoni falza li hemm xi kuntrast bejn dak li tgħid is-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika u dak li jagħmel il-Gvern. Jgħid li stieden lil Prof. Gauci għal-laqgħa tal-MCESD.
Christoph Schwaiger
11:53 NetNews jistaqsi jekk Malta hix fit-tieni mewġa u dwar l-istqarrija tal-MAPHM
Christoph Schwaiger
11:53 Abela jgħid li qatt ma ttieħdu deċiżjonijiet favur numru żgħir ta' nies
Christoph Schwaiger
11:52 Abela jgħid li jrid jieħdu d-deċiżjonijiet b'mod olistiku
Christoph Schwaiger
11:51 Abela jgħid li qatt ma ċaħad riżorsi lil Fearne jew lil Prof. Gauci
Christoph Schwaiger
11:50 Jgħid li d-deċiżjonijiet isiru abbażi tal-evidenza ta' dak il-ħin
Christoph Schwaiger
11:48 Jgħid li l-Gvern qed jippjana għal xi ħaġa li ma jafx kif se tkun għada
Christoph Schwaiger
11:47 Jgħid li l-fatt li wieħed ma jafx meta din is-sitwazzjoni se tintemm mhix tgħin
Christoph Schwaiger
11:47 Abela jgħid li mis-7 ta' Marzu l-Gvern ried jieħu l-aqwa deċiżjonijiet biex jipproteġi lin-nies.
Christoph Schwaiger
11:46 MaltaToday tistaqsi jekk il-Gvern għaġġilx wisq meta neħħa l-miżuri
Christoph Schwaiger
11:45 Fearne jgħid li se jkun hemm multa ta' €50 meta jkun hemm ksur tar-regoli tal-ilbies tal-maskri
Christoph Schwaiger
11:43 Jgħid li l-akbar inkwiet huwa dwar in-nies vulnerabbli. Carers fid-djar tal-anzjani se jiġu tested regolarment, Se jiżdied il-perspex fid-djar tal-anzjani għall-viżitaturi.
Christoph Schwaiger
11:42 Se jiżdied l-ammont ta' testing hubs – se jiżdiedu tnejn
Christoph Schwaiger
11:42 Dance floors iridu jingħalqu
Christoph Schwaiger
11:41 Fearne jgħid li se jsir infurzar qawwi f'dan ir-rigward
Christoph Schwaiger
11:40 Jgħid li wieħed jista' jgħid li issa ġew ipprojbiti attivitajiet tal-massa. Jgħid li kull post irid juri b'mod ċar ta' kemm jista' jkun hemm persuni f'ħin wieħed.
Christoph Schwaiger
11:39 Jgħid li wara l-laqgħa tal-MCESD se jiżdiedu l-miżuri. Waqt li żammew il-massimu ta' nies wieħed f'kull 4 metri kwadri, se jsir capping ta' nies massimu f'postijiet kbar. Ma jistgħux isiru avvenimenti li jkun fihom aktar minn 100 persuna ġewwa jew 300 persuna barra
Christoph Schwaiger
11:39 Ifakkar fl-aħħar miżuri li nieda l-Gvern dwar is-social distancing
Christoph Schwaiger
11:37 Fearne jgħid li kien hemm każi fl-aħħar ta' Lulju fejn dawn il-prinċipji ma kinux qed jiġu mħarsa l-ħin kollu
Christoph Schwaiger
11:36 Jitkellem dwar l-importanza tas-social distancing, l-iżolazzjoni tal-persuni pożittivi wara li jkunu nstabu, li jsir contact tracing, u li wieħed jieħu ħsieb il-vulnerabbli.
Christoph Schwaiger
11:36 Fearne jgħid li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jsiru abbażi tal-evidenza
Christoph Schwaiger
11:35 Jibda jitkellem il-Ministru Chris Fearne
Christoph Schwaiger
11:34 Abela jgħid li mhux lesti li jaċċetta li l-kwalità tal-ħajja tan-nies tonqos f'pandemija
Christoph Schwaiger
11:33 Il-PM jgħid li mhix ġejja katasrofi imma li l-attitudni ta' xejn m'hu xejn għandha titwarrab.
Christoph Schwaiger
11:32 Il-PM jgħid li Malta issa għandha xhur ta' esperjenza dwar kif għandha taħdem f'din is-sitwazzjoni.
Christoph Schwaiger
11:31 Abela jisħaq dwar il-kuraġġ u t-tama. Jgħid li m'hemmx lok għall-allarm.
Christoph Schwaiger
11:31 Abela jgħid li l-erba' attivitajiet tal-massa internazzjonali li kienu se jiġu organizzati f'Malta kienu se jħallu €25 miljun fil-pajjiż.
Christoph Schwaiger
11:30 Jitkellem issa dwar il-pakkett finanzjarju li ġabet Malta mill-UE
Christoph Schwaiger
11:29 Abela jfakkar fl-importanza tas-social distancing, l-iġjene, u l-ilbies tal-maskri fejn ikun adegwat
Christoph Schwaiger
11:28 Jgħid li l-Gvern qed jaddotta strateġija ta' sostenibbilità. Jgħid li din hija "maratona" u mhux "sprint"
Christoph Schwaiger
11:27 Il-PM jgħid li r-rata ta' qgħad reġgħet niżlet taħt l-4,000
Christoph Schwaiger
11:26 Abela jgħid li l-Gvern għadu jipproteġi s-saħħa tan-nies kif kien qed isir qabel. Jgħid li ma kien hemm ebda kompromess bejn l-ekonomija u s-saħħa.
Christoph Schwaiger
11:25 Il-PM jgħid li kien ovvju li n-numri ta' każi kienu se jiżdiedu mal-ftuħ tal-ajruport. Jgħid li wara l-1 ta' Lulju kien hemm 118,000 arrival u 90,000 tluq.
Christoph Schwaiger
11:24 Abela jgħid li l-faċilitajiet li nħolqu għall-COVID-19 mhux qed jintużaw. Jgħid li kien hemm żieda fir-rata ta' testing. Jgħid li Sqallija għandha popolazzjoni 10 darbiet akbar minn Malta. Jgħid li t-testing fi Sqallija kien id-doppju f'Malta. Però jgħid li t-testing f'Malta se jiżdied.
Christoph Schwaiger
11:22 Jgħid li l-MUMN qablet mad-deċiżjonijiet tas-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika. Għandhom jitħabbru xi miżuri llum. Jgħid li huwa fatt li żdiedu l-każi f'Malta. Jgħid li n-numru ta' każi serji baqa' baxx.
Christoph Schwaiger
11:22 Abela jgħid li s-sistema tas-saħħa trid tkun fl-aqwa tagħha u li ma tistax tkun ipparalizzata
Christoph Schwaiger
11:20 Abela jgħid li ntlaħaq kunsens dwar il-miżuri għajr għall-MAM li kellha pożizzjoni kontra t-tiġijiet. Abela jgħid li d-deċiżjoni tas-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika tmur kontra ta' dak li trid il-MAM. Jitlob għad-djalogu.
Christoph Schwaiger
11:20 Il-PM jiddeskrivi l-laqgħa tal-MCESD bħala waħda pożittiva ferm.
Christoph Schwaiger
11:19 Abela jgħid li neħħa l-maskra tiegħu biex jitkellem.
Christoph Schwaiger
11:16 Il-ġurnalisti jinsabu lesti. Qed jistennew il-wasla ta' Abela u Fearne
Christoph Schwaiger
11:11 Merħba għal dan il-live blog. Il-ġurnalisti qed jistennew biex jidħlu fis-sala fejn mistenni jitkellmu l-PM u l-MInistru għas-Saħħa
Christoph Schwaiger