Il-PM u d-Deputat PM ma jaqblux dwar il-lockdown għall-anzjani

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mhux jaqblu dwar il-miżuri ġodda li tħabbru l-Ħamis, dwar li jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli u dawk li jinsabu f’riskju. Din il-miżura se tkun qed tidħol fis-seħħ mis-Sibt 28 ta’ Marzu.

Il-Ħamis il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne fil-konferenza stampa flimkien mas-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qal li żżewġ miżuri se jkunu qed jolqtu aktar minn 118,000 persuna.

Waqt il-konferenza stampa Fearne qal, “Nerġa’ ngħid, li dawk il-persuni  kollha li għandhom ‘il fuq minn 65 sena, minn nhar is-Sibt, jekk jista’ jkun mil-lum, ma joħorġux minn djarhom, ħlief f’eċċezzjonijiet li semmejna.” Huwa żied li, “Dawn il-persuni, li se nsemmi issa, se nkunu qegħdin, inħeġġu imma b’mod b’liġi, li joqogħdu fid-djar tagħhom, b’mod prattikament assolut, ma joħorġu għalxejn ħlief eċċezzjonijiet li se nsemmi….”

Madankollu fl-intervista li l-Prim Ministru Robert Abela kellu waqt il-bullettin tal-aħbarijiet qal li din il-miżura mhijiex lockdown. Żied li l-avviż legali ta’ din il-miżura se jkun qed jiġi ppubblikat għada.

Abela qal li l-avviż legali se jkun qed jgħid dak li prattikament ilu jgħid il-Gvern matul dawn l-aħħar ġimgħat.

Il-Prim Ministru insista li n-nies mhux se jkunu qed jagħlquhom ġewwa.

Coronavirus Malta 27.03.20

Dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela jikkuntrasta ma’ dak li qal d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Waqt il-programm Xarabank is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci insistiet li dawk l-aktar vulnerabbli m’għandhomx joħorġu minn djarhom lanqas għall-passiġġata.

Aktar kmieni l-Gvern ippubblika fact sheet li tispjega kif din il-miżura se tkun qed taffettwa lill-persuni vulnerabbli u dawk li jgħixu magħhom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn