Il-PM tar-Repubblika Ċeka jitfa’ ir-riżenja tiegħu

Il-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, Jiri Rusnok ippreżenta r-riżenja tiegħu lill-President Milos Zeman wara li tilef vot ta’ sfiduċja fil-Parlament. Rusnok ilu fil-kariga ta’ Prim Ministru għal xahar biss.

Rusnok, li huwa alleat ta’ Zeman, se jibqa’ jieħu ħsieb risoluzzjoni biex tissolva l-kriżi politika fil-pajjiż. Mhux eskluż li jkun hemm bżonn elezzjoni ġenerali bikrija.