Il-PM Taljan jhedded li se jirriżenja

Il-Prim Ministru Taljan Enrico Letta qal li se jirriżenja sakemm il-Kabinett imexxi minnu mhux se jkollu appoġġ sħiħ f’vot parlamentari li se jittieħed il-ġimgħa d-dieħla. Din it-twissija ta’ Enrico Letta waslet wara li l-gvern tiegħu ma rnexxielux japprova miżuri fiskali għall-ekonomija Taljana. Il-gvern immexxi minnu issa jinsab f’koalizzjoni li m’hijiex stabbli, bejn rappreżentanti tal-partit tiegħu u tal-partit li kien imexxi Silvio Berlusconi.