Il-PM tal-Maċedonja se jżur Malta

PM Macedonja

Il-Prim Ministru tal-Maċedonja, Zoran Zaef, se jkun qed jagħmel żjara uffiċjali f’Malta fejn se jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat. 
Zaef ġej Malta nhar it-Tlieta 29 ta’ Mejju u se jiddiskuti suġġetti ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi. Se jiġu ffrimati ukoll tliet ftehimiet. 
L-Prim Ministru Maċedonjan se jagħmel ukoll żjara ta’ kortesija mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u mal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia. 
Ritratt: DOI