Il-PM tal-Etjopja jirbaħ il-Premju Nobel għall-Paċi

REUTERS/Tiksa Negeri/File Photo

Read in English.

Il-Prim Ministru tal-Etjopja Abiy Ahmed Ali rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi għall-isforzi tiegħu biex jikseb il-paċi u l-koperazzjoni internazzjonali partikolarment għall-iniżjattivi deċizivi biex jiġi riżolt il-kunflitt fil-fruntiera mal-Eritrea.

Il-Premju Nobel lill-Mexxej tal-Etjopja huwa intiż ukoll bħala rikonoxximent lil dawk li jaħdmu favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni fl-Etjopja u fir-reġjuni tal-lvant tal-kontinent Afrikan.

Abiy Ahmed laħaq Prim Ministru tal-Etjopja f’April tas-sena li għaddiet.

Il-premju mistenni jiġi ppreżentat f’Oslo f’Diċembru li ġej.