Il-PM Tajlandiż għal quddiem il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Prim Ministru tat-Tajlandja qed tidher quddiem il-Qorti kostituzzjonali f’Bankok biex tiddefendi l-allegazzjonijiet kontriha dwar abbużż ta’ poter. 
Il-każ tressaq quddiem il-Qorti mis-Senaturi li qed jallegaw li l-partit ta’ Yingluck Shinawatra bbenefika minn transfers illegali lura fl-2011.
Jekk tinsab ħatja tal-akkużi, Shinawatra tista’ titneħħa mill-poter u ma titħalliex tikkontesta għal ħames snin. Id-deċiżjoni tal-Qorti mistennija tittieħed nhar għada.