Il-PM ta’ Lesoto akkużat bil-qtil tal-eks mara

FILE PHOTO: Thomas Motsoahae Thabane, Prime Minister of Lesotho addresses the 74th session of the United Nations General Assembly at U.N. headquarters in New York, U.S., September 27, 2019. REUTERS/Lucas Jackson

Read in English.

Il-Prim Ministru ta’ Lesoto, pajjiż viċin l-Afrika t’Isfel, se jkun akkużat bil-qtil tal-eks mara tiegħu. Dan ġie mħabbar mid-deputat kummissarju tal-pulizija tal-pajjiż. 

Thomas Thabane, ta’ 80 sena, ħabbar fuq ir-radju li se jirriżenja fl-aħħar ta’ Lulju, iżda ma semmiex il-każ.

Thabane ilu taħt pressjoni mil-midja fuq il-mewt tal-eks mara tiegħu, Lipolelo, li nqatlet wara sparatura f’Ġunju 2017 qrib id-dar tagħha fil-kapitali Maseru, jumejn qabel ma ħa l-kariga ta’ Prim Ministru.

Il-mara preżenti tal-Prim Ministru, Maesaiah Thabane, ġiet arrestata dan ix-xahar u akkużata li ordnat il-qtil, iżda bħalissa tinsab fuq ħelsien mill-arrest.