Il-PM Spanjol jitlob tmexxija diretta fil-Katalunja

Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy talab lis-senaturi biex japprovaw proposta ħalli l-gvern ċentrali jibda jmexxi direttament lir-reġjun tal-Katalonja. Dan huwa l-aħħar żvilupp fil-kriżi Spanjola li qed tiggrava bis-siegħat. Rajoy qal li jrid li jkeċċi lill-mexxej Katalan Carlos Puidgemont u li dawk kollha li dan għandu madwaru. Is-senat Spanjol, fejn il-partit ta’ Rajoy, Partitdo Popular, għandu l-maġġoranza, laqa’ d-diskors ta’ Rajoy b’applaws kbir.
Rajoy qal li qed jagħmel din is-sejħa b’riżq id-demokrazija, il-liġi u l-istabbilta’.