Il-PM Russu Dmitry Medvedev fi żjara uffiċjali fil-Krimea

Il-Prim Ministru Russu Dmitry Medvedev wasal fil-Krimea għall-ewwel żjara uffiċjali wara li l-Krimea ma baqgħetx tifforma parti mill-Ukraina.
Il-Prim Ministru Russu mistenni jżur il-Belt ewlenija Simferopol akkumpanjat minn delegazzjoni ta’ Ministri Russi.
Medvedev qal li l-Gvern Russu qed jiltaqa’ hemmhekk biex jiddiskuti l-iżviluppi riċenti dwar din il-peniżola.
Taħdidiet li saru lbieraħ u li damu għaddejjin erba’ sigħat bejn is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry u l-Ministru Russu Sergei Lavrov spiċċaw mingħajr ftehim.
F’Pariġi, John Kerry qal li l-Istati Uniti xorta waħda tikkunsidra l-fatt li r-Russja ħadet f’idha r-reġjun ta’ Krimea bħalha llegali u lleġittimu.
Hu qal ukoll li l-ebda deċiżjoni dwar il-futur tal-Ukraina ma tista’ tittieħed mingħajr l-involviment ta’ dan il-pajjiż innifsu.