Il-PM Rumen iħallas multa għax kiser liġi li daħħal hu stess

Il-Prim Ministru tar-Rumanija Ludovic Orban ħallas multa ta’ €620 wara li nqabad jikser il-liġi li għamel huwa stess b’rabta mal-coronavirus. Huwa nqabad fl-uffiċċju tiegħu mingħajr maskra u kien qed ipejjep ġewwa.

Ir-ritratt tal-Prim Ministru Rumen beda jdur fuq il-mezzi soċjali. Huwa jidher fl-uffiċċju tiegħu flimkien ma’ diversi membri oħra tal-kabinett jpejjep sigarett u l-maskri kollha mitfugħin fuq il-mejda.

Fi stqarrija Orban ammetta li kiser il-liġi u spjega li diversi membri tal-kabinett marru l-uffiċċju tiegħu wara ġurnata ta’ xogħol twila f’għeluq sninu.  Żied li, ‘il-Prim Ministru jaf il-liġijiet u dawn iridu jkunu obduti miċ-ċittadini kollha. Jekk xi ħadd jikser il-liġi jrid jbati l-konsegwenzi tagħha.”

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn