Il-PM Rumen favorit li jsir il-President tal-pajjiż

Ir-Rumanija qed tivvota għall-President ġdid.
14-il kandidat qed jikkontestaw biex jieħdu post Traian Basescu li se jirtira mill-kariga.
Hu rrappurtat li l-Prim Ministru Victor Ponta hu l-favorit f’din l-elezzjoni Presidenzjali.
Rapporti qalu li dan hu mument kruċjali għar-Rumanija, wieħed mill-aktar pajjiżi foqra fl-Unjoni Ewropea.