Il-PM Olandiż ma jżurx lil ommu qabel mietet minħabba r-restrizzjonijiet

FILE PHOTO: REUTERS/Yves Herman

Read in English.

Il-Prim Ministru tal-Olanda Mark Rutte ma żarx lill-ommu, ta’ 96 sena, għal aktar minn tmien ġimgħat sa ftit sigħat biss qabel mewtha minħabba l-miżmuri restrittivi fil-pajjiż. Dan ħabbru l-uffiċċju tiegħu lbieraħ.

Mieke Rutte-Dilling mietet fit-13 ta’ Mejju. Hija ma kellhiex il-coronavirus, minkejja li kien hemm infezzjonijiet fid-dar tal-anzjani fejn kienet tgħix.

“Il-Prim Ministru kkonforma mal-miżuri ta’ restrizzjoni u ma żarx lill-ommu għal numru ta’ ġimgħat, intqal fl-istqarrija uffiċjali. “Madankollu, il-miżuri ta’ restrizzjoni jippermettu tislima lil membru tal-familja li jkun qed imut fl-aħħar mumenti tal-ħajja, u l-Prim Ministru kien m’ommu fl-aħħar lejl tagħha.”

Dawn id-dettalji ħarġu waqt li fir-Renju Unit dwar id-deċiżjoni tal-konsulent ewlenini tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings, li jsuq 400 kilometru barra minn Londra waqt il-lockdown mandatorja.

Cummings iddefenda dan il-vjaġġ biex jasal sar-razzett tal-familja tiegħu f’Durham, madwar 30 kilometru fin-nofsinhar ta Newcastle, u ġġustifika dan billi qal li kienu ċirkostanzi raġjonevoli, hekk kif ma kienx se jkollu ma min iħalli lill-ibnu li kieku hu u martu qabadhom il-Covid-19.

Madankollu, id-deċiżjoni tiegħu qajmet rabja fost ħafna fir-Renju Unit, u diversi membri tal-Partit Konservattiv ta’ Boris Johnson talbu t-tkeċċija tiegħu wara messaġġi ta’ rabja mill-votanti tagħhom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn