Il-PM nefaq €6,000 fix-xahar f’festini

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru nefaq total ta’ €58,089 f’festini, riċevimenti, ikliet u xorb sa Ottubru tal-2018, skont figuri li tressqu fil-Parlament. L-entitajiet tal-Gvern konċernati nefqu total ta’ €282,751.61 s’issa.

Membru tal-Parlament tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa l-istess mistoqsija lil kull membru tal-Kabinett: “Kemm infaqt għal kull entità li int responsabbli għaliha f’festini, ikliet, riċeviment, xorb, u dawn it-tip t’affarijiet mill-2013, kull sena, sad-data tar-risposta?”

Għalkemm mhux kulħadd għadu wieġeb, il-Ministru tal-Edukazzjoni jinsab fl-ewwel post talli nefaq €135,899, fejn €126,274 intefqu mill-Università ta’ Malta. Minn naħa l-oħra, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qalu li ma nefqu xejn.

Ir-risposta ta’ Helena Dalli, Ministru għall-Affarijiet Ewropej, tieqaf sal-2017. Hi sostniet li l-ispejjeż, flimkien mal-Ministru għat-Trasport Ian Borg, għandhom x’jaqsmu bil-kbir mal-fatt li l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea saret f’Malta.

L-informazzjoni hawn taħt tirrapreżenta t-tweġiba tal-Ministri għall-2018.

MinisteruMinistruTotalL-akbar Taqsima
Prime MinisterJoseph Muscat€58,089MGA – €17,994
EconomyChris CardonaGħad bla risposta
EducationEvarist Bartolo€135,899UoM – €126,274
HealthChris Fearne€8,521.64MDH – €6,376.29
EnvironmentJosè HerreraGħad bla risposta
FamilyMichael Falzon€16,740.86Aġenzija Sapport – €7,475
EnergyJoe Mizzi€18,441.58Enemed – €13,012.24
FinanceEdward Scicluna€21,013.24Malta Stock Exchange – €18,293
Foreign AffairsCarmelo Abela“Xejn”
GozoJustyne Caruana“Xejn”
Home AffairsMichael Farrugia€2,124n/a
JusticeOwen BonniciGħad bla risposta
European AffairsHelena DalliInformazzjoni ingħatat sal-2017
TourismKonrad Mizzi€15,959.29MCC – €8,224.78
TransportIan Borg€5,963TM – €5,113