Il-PM m’għadux jista’ jgħid li ħadd mill-kabinett ma ssemma fl-investigazzjoni – Repubblika

Prime Minister of Malta Joseph Muscat
Prime MInister Joseph Muscat

Repubblika qalet li l-Prim Ministru m’għadx għandu l-fakultà jgħid li ħadd mill-kabinet tiegħu “s’issa” ma ssemma fl-investigazzjoni fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-bieraħ il-pożizzjoni tal-Prim Ministru kienet għal kollox m’hux tenibbli. Repubblika spjegat kif wara li l-Ministru Chris Cardona ntalab jispjega ruħu mill-pulizija li qed jinvestigaw dan l-assassinju, il-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat ma baqgħetx tenibbli.

AQRA: Cardona jikkonferma li bagħtu għalih il-Pulizija

Ikkonfrontat b’talba għal proklama b’xi ħadd li jista’ jindika suspettat f’dan ir-reat u reati oħra fil-gvern ta’ Joseph Muscat, il-pożizzjoni tiegħu m’hix tenibbli. Repubblika sostniet li Joseph Muscat għandu jirreżenja immedjatament. Skont Repubblika jekk dan ma jsirx il-grupp parlamentari laburista għandu r-responsabbiltà morali u kostituzzjonali li jwarrbu u jipproponi lill-president xi ħadd ieħor li jista’ jifforma gvern.

AQRA: Sejħiet għar-riżenja ta’ Muscat, Mizzi u Schembri

AQRA: Mhux se nirriżenja – Muscat; l-Oppożizzjoni toħroġ mill-kamra

Fl-istqarrija Repubblika appellaw lill-parlamentari kollha biex jiffaċilitaw tranżizzjoni urġenti u kalma għal gvern li m’għandu ebda obbligu jagħti kenn lill-ħallellin, lill-korrotti u lill-qattiela.

AQRA: It-talba għall-maħfra ta’ Fenech tista’ twassal għal kriżi politika?

Repubblika spjegat kif Malta għandha bżonn iddawar il-paġna, Daphne Caruana Galizia, il-familja tagħha u Malta ħaqqha ġustizzja.

Repubblika qed torganizza protesta oħra, it-tielet waħda f’ġimgħa. Din se ssir nhar it-Tnejn li ġej quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta. Il-protesta se tibda fis-6:00pm u flimkien ma’ Repubblika se jkunu qed jieħdu sehem Occupy Justice kif ukoll il-blogger Manuel Delia.