Il-PM Malti mistenni jiltaqa’ ma’ dak tal-Iżrael

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat beda żjara fl-Iżrael fejn hemmhekk mistenni jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-pajjiż, Benjamin Netanyahu. Din se tkun biss l-ewwel minn serje ta’ laqgħat matul din iż-żjara ta’ tlett ijiem. Wara l-Iżrael, il-Prim Ministru Malti mistenni jżur ukoll il-Palestina.

Il-laqgħa f’Ġerusalem se tkun qed tiffoka fuq ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u r-relazzjoni bejn ir-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Unjoni Ewropea. Se tiġi diskussa ukoll il-ħidma għal paċi f’dan l-istess reġjun.

Iż-żjara se tkun tinkludi ukoll laqgħa mal-President tal-Iżrael, Shimon Peres u wara, Joseph Muscat se jiltaqa’ ma’ Rami Hamdallah, il-President tal-Palestina.

Id-delegazzjoni Maltija fil-Lvant Nofsani tinkludi ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella u l-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella. Magħhom hemm ukoll delegazzjoni mill-Malta Enterprise.