Il-PM mal-investituri Indjani f’Londra

Waqt li kien qed jindirizza investituri Indjani bbażati fir-Renju Unit, f’Londra, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li Malta hija l-post ideali sabiex wieħed jinvesti fih u semma kif l-aqwa riżorsa li għandu pajjiżna tibqa’ dik umana.
Il-Prim Ministru għamel referenza għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u filwaqt li reġa’ rrijaferma l-fatt li kien ikun aħjar għal Malta li kieku r-Renju Unit tibqa’ fl-Unjoni Ewropea, huwa sostna li pajjiżna huwa l-post ideali sabiex filwaqt li wieħed iżomm l-operazzjoni tiegħu fir-Renju Unit, ikun jista’ jopera fis-suq Ewropej minn Malta.
F’diskors waqt din il-laqgħa, li għaliha attenda fost oħrajn il-Kummissarju Għoli Indjan għar-Renju Unit, Y.K. Sinha, il-Prim Ministru, flimkien ma’ investituri ewlenin, il-Prim Ministru għamel referenza għas-suċċess ekonomiku li qed jikseb pajjiżna filwaqt li pprowova l-Malta billi qal li l-ħaddiema f’Malta huma mħarrġa u allura huma garanzija ta’ prodott finali li jkun kompettitiv.
Dr Muscat stqarr kif il-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta, kif ukoll il-konnettività ma’ pajjiżi oħra, tagħmilha aktar faċli sabiex wieħed jinvesti, filwaqt li semma numru ta’ kumpaniji Indjani li jaħdmu f’Malta, fosthom dawk fil-qasam tal-farmaċewtika.