“Il-PM ma tax permess għall-bejgħ ta’ album tal-istickers” – PL

Il-Partit Laburista sostna li la l-Prim Ministru Joseph Muscat u lanqas il-Partit Laburista ma taw permess li jibda jinbigħ jew jiġi manifatturat album tal-istickers dwar is-suċċessi tal-Prim Ministru.

Ibigħu album tal-istickers biex ifakkar lil Joseph Muscat

Dan intqal fi stqarrija wara li lbieraħ beda jdur riklam fuq Facebook mill-Kumpanija Albums & Co li se tkun qed tippubblika album tal-istickers dwar il-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan l-album se jkun qed jiġbor fih aktar minn 3,000 sticker tal-Prim Ministru f’diversi stadji fil-ħajja politika tiegħu. L-album se jkun jiswa €12.99 u pakkett stickers se jkun jiswa €1.50 u jkun fih 5 stickers kbar.

Il-Partit Laburista sostna li dan il-prodott ma għandux x’jaqsam mal-Prim Ministru jew mal-Partit bl-ebda mod.