“Il-PM ma sabx ħin għan-nies fil-Parlament” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ​ma sabx ħin biex jindirizza l-preokkupazzjonijiet​ tan-nies fil-Parlament.
Dan hekk kif ilbieraħ il-Prim Ministru kien assenti mid-dibattitu li sar fil-Parlament dwar id-deċiżjoni li l-gass g​ħ​all-power station jiġi maħżun fuq tanker ankrat fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
Il-Partit Nazzjonalista kompla jgħid li Dr Joseph Muscat ma qal xejn dwar il-gidba tal-Ministru Manwel Mallia hekk kif allegatament il-Brigadier u d-Deputat Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta ma sarilhomx is-security clearance.
Intqal li dan huwa inaċċettabbli u l-Prim Ministru ma jistax jibqa’ jwieġeb bi skiet li jtarrax.