“Il-PM ma jeskludix li Muscat hu konsulent ta’ stat barrani” – Azzopardi

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li kull deputat parlamentari, kemm fuq in-naħa tal-Gvern kif ukoll fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni jaf ir-rwol tiegħu bħala deputat fil-Kamra tar-Rappreżentanti


Il-Prim Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li talbu jagħti assikurazzjoni li m’hemm ebda Deputat min-naħa tal-Gvern li għandu kuntratt ta’ konsulenza ma’ xi Gvern jew entità barranija.

Fuq Facebook, Azzopardi mbagħad kiteb “fuq domanda tiegħi, Robert Abela ma jeskludix li Joseph Muscat huwa konsulent ta’ stat barrani”.