Il-PM llum se jindirizza l-Konferenza Ġenerali tal-PL

Fil-ħin li ġej il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jindirizza l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.
Id-diskors t’għeluq ta’ Dr Muscat se jkun ta’ importanza partikolari, hekk kif il-Kap tal-Partit Laburista jinsab taħt pressjoni kbira mill-pubbliku u mill-Oppożizzjoni biex iħabbar ir-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi.
Dan wara li l-iskandlu tal-Panama Papers kixef li l-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa għandu kumpanija fil-Panama. Diversi huma dawk li qed jgħidu li dan qed jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta fl-isfera internazzjonali.
Minkejja dan, qed jingħad li l-Prim Ministru mhux se jħabbar ir-riżenja ta' Konrad Mizzi llum.
Iktar tard illum, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza dimostrazzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni.