“Il-PM Kanadiż wiċċ b’ieħor” – Trump

REUTERS/Kevin Lamarque

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau għandu wiċċ b’ieħor. Qallu hekk wara li Trudeau deher f’filmat jiċċajta dwar id-dehriet pubbliċi ta’ Trump waqt li kien qed ikellem mexxejja oħra.

Filmat ta’ Trudeau fil-Palazz Buckingham jurih jispjega kemm dehru sorpriżi uffiċjali tal-Istati Uniti b’ konferenza li ta Trump iżjed kmieni. Għall-konversazzjoni kien hemm Trudeau, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson, il-President ta’ Franza Emmanuel Macron, il-Prim Ministru tad-Danimarka Mark Rutte, u t-tifla tar-Reġina Eliżabetta, Anne.

Trump irreaġixxa billi qal li Trudeau għandu wiċċ b’ieħor. Qal ukoll li Trudeau ċċajta dwaru wara li Trump sfidah dwar il-fatt li ma laħaqx il-mira ta’ 2% tal-produzzjoni nazzjonali fuq id-difiża.