Il-PM jżur ix-xogħlijiet fl-iskola medika ta’ Barts

DOI - Kevin Abela

Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq il-bini tal-iskola medika ta’ Barts viċin l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Il-PM qal li l-istudenti f’din l-iskola se jkunu jistgħu jibdew il-lezzjonijiet fil-kampus il-ġdid ‘state of the art’ minn Settembru li ġej. Huwa kien akkumpanjat mid-Deputat PM u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u mill-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona.

Il-Gvern qal fi stqarrija li l-Università Queen Mary ta’ Londra stabilixxiet partnership ma’ Steward Healthcare li permezz tiegħu Steward investew mas-€26 miljun f’din l-iskola medika.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru qal li l-kollaborazzjoni li l-Gvern għandu ma’ Barts u mal-London School of Medicine and Denstistry u Steward Health Care se twassal għal Skola Medika u Ċentru tal-Anatomija li se jkun uniku għar-reġjun tal-Mediterran.

DOI – Kevin Abela