Il-PM ipoġġi fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illejla poġġa fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana. Il-qtil tiegħu huwa meqjus bħala qtikl politiku għall-fatt li huwa kien ġie maqtul 32 sena ilu, fil-5 ta’ Diċembru 1986, wara li kienu sparati tiri ta’ sub-machine gun mal-faċċata tal-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja.

F’ritratti ppubblikati mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, il-Prim Ministru jidher josserva minuta ta’ silenzju fiċ-ċimiterju tal-Gudja fejn jinsab midfun Raymond Caruana.

Il-Partit Nazzjonalista fakkar dan il-qtil il-Ħadd li għadda, f’quddiesa fil-Parroċċa tal-Gudja u b’attività politika fil-każin tal-Partit fil-Gudja.