3 Ministri jakkumpanjaw lill-PM fil-Libanu u l-Ġordan

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella, il-Ministru tal-Ekonomija, Chris Cardona, u l-Ministru tat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis qed jakkumpanjaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Ġordan u l-Libanu.
Il-Prim Ministru qed imexxi delegazzjoni flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, il-Malta Developers’ Association u għadd ta’ negozjanti Maltin.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal fi stqarrija li dan hu wieħed mill-ikbar gruppi ta’ negozjanti Maltin li qatt siefru ma’ delegazzjoni Maltija.
Fil-Libanu il-Prim Ministru mistenni wkoll jindirizza konferenza internazzjonali dwar iċ-ċittadinanza fejn mistenni jagħti informazzjoni lill-investituri barranin dwar l-iskema ta' ċittadinanza b'investiment.
Iż-żjara hi organizzata b’kollaborazzjoni bejn Trade Malta u Malta Enterprise bil-għan li jinfetħu swieq ġodda ta’ negozju għall-Maltin u l-Għawdxin.
Waqt iż-żjara fil-Ġordan, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tkellem mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġordan dwar l-immigranti li qed jaħarbu minn pajjiżhom minħabba l-gwerra fis-Sirja.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech