“Il-PM jivvota favur il-kaċċa għax huwa opportunist” – Simon Busuttil

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ser jivvota favur il-kaċċa għaliex huwa bniedem opportunist. 
Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta kien qed jitkellem waqt laqgha organizzata mill-istess partit.
Hu kompla jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-referendum tal-kaċċa. 
Spjega li l-Partit Nazzjonalista ser ikun qed joqgħod lura mid-diskussjonijiet biex ikunu n-nies li jiddeċiedu l-vot tagħhom. 
Hu sostna li se jkun qed jivvota favur id-deroga li nkisbet mill-Gvern Nazzjonalista għaliex huwa konsistenti.
Hu fakkar meta Joseph Muscat kien qal kontra d-deroga iżda issa xorta ser jivvota favur. 
Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni mhux ha toqgħod kwieta quddiem il-falliment tal-Prim Ministru Joseph Muscat. 
Hawnhekk Busuttil għamel referenza għall-prezz li l-poplu qed iħallas għall-fjuwil. 
Simon Busuttil tkellem ukoll dwar is-settur tas-saħħa.  Fi kliemu, il-Gvern qed jiġi jaqa’ u jqum mid-dinjità tal-pazjent. 
Għaldaqstant, Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni ser tkun qed taħdem biex dan is-settur jiġi ndirizzat.
Dwar ir-reshuffle, Simon Busuttil qal li dan sar bi ħsieb biex il-ħidma tal-Oppozizzjoni tkun aktar iffukata.