Filmat: Il-PM jirringrazzja lill-poplu Malti għall-opportunità biex imexxi

Fil-messaġġ tiegħu f’għeluq is-sena minn mindu l-Partit Laburista ġie elett fil-Gvern, il-Prim Ministru irringrazzja lill-poplu Malti tal-Opportunità
biex imexxi.
Joseph Muscat qal li f’dawn it-12-il xahar, il-Gvern ħadem b’enerġija biex inwettaq dak li wiegħed.

Qal li l-kisbiet tal-gvern huma l-kisbiet tal-poplu kollu. Qal li l-ekonimija sejra tajjeb u l-pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba. Il-Prim Ministru saħaq li l-klassi medja hija s-sinsla tal-pajjiż, is-settur li l-Gvern hu kommess li jsaħħaħ. Qal li fl-ewwel xhur tiegħu, il-Gvern ħoloq 6,000 xogħol ġdid.Dr Muscat saħaq li Malta lesta tilqa’ lil kull min jixtieq jaħdem Malta.

Fakkar li fi ftit żmien, il-Gvern se jintroduċi l-Unjoni Ċivili, u se jkompli jaħdem biex il-mara tkun fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern.