Il-PM jintalab jispjega l-importanza tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, bħala ċ-ċermen attwali tal-Commonwealth, intalab biex ifisser lir-Renju Unit l-importanza tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth.
Dr Muscat għandu wkoll jispjega l-benefiċċji lil din l-Assoċjazzjoni jista’ jkollha fic-CHOGM 2018.
It-talba saret uffiċjalment lill-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt il-41 laqgħa tal-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth.
Dr Farrugia huwa ċermen tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth għall-Fergħat Żgħar.