Il-PM jindika li t-tibdil fil-klima se jġib l-immigrazzjoni

It-tibdil estrem fit-temp għad iġiegħel lin-nies jabbandunaw il-komunitajiet tagħhom u jitilqu minn djarhom, liema migrazzjoni twassal għal nuqqas ta’ paċi fid-dinja, qal il-Prim Ministru Malti hu u jindirizza summit dwar il-paċi fl-Istati Uniti.

F’dan is-summit li jiċċelebra 100 sena mit-twelid ta’ Nelson Mandela, Joseph Muscat qal li jeħtieġ li tingħata iżjed importanza lill-iżvilupp sostenibbli, lir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u lill-paċi, fi sforz biex jiġu evitati iżjed gwerer u li jiżdied il-faqar.

B’dawn il-valuri, Muscat fakkar fil-valuri li kien iħaddan Nelson Mandela, ir-rikonċiljazzoni minflok it-tpattija, il-koperazzjoni minflok il-kunflitt u t-tama minflok il-mibegħda.

Muscat qal li l-għaqda fil-poplu Malti tidher fil-mod kif qed jgħin lill-immigranti, fenomenu li għad irid jiġu kkontrollat.

Il-Prim Ministru kompla jgħid li jeħtieġ li jiġu implimentati aktar il-valuri li kellu għal qalbu Mandela.

Waqt iż-żjara tiegħu fi New York, il-Prim Ministru attenda wkoll laqgħa organizzata mill-Prim Ministru Amerikan Donald Trump imsejjaħ Global Call to Action on the World Drug Problem. Dawn l-attivitajiet huma parti mill-ġimgħa tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.