Il-PM jinawgura s-Suq Tal-Belt

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura uffiċjalment is-Suq tal-Belt, fil-Belt Valletta.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li dan kien wieħed mill-proġetti ewlenin li twettqu mis-settur privat fil-Belt.
L-Uffiċju qal li permezz ta’ investiment ta’ €14 miljun mill-Arkadia Catering sar xogħol ta' restawr fuq il-bini li kien fi stat ta’ abbandun.
Intqal li huwa maħsub li se jiġu kkreati madwar 250 impjieg ġdid bis-saħħa ta’ dan il-proġett.
Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott