Assassinju Daphne: Il-PM jiltaqa’ ma’ Reporters Without Borders

Credit: RSF

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mar-rappreżentanti tal-għaqda internazzjonali mhux governattiva Reporters Without Borders (RSF) wara talba minn din l-organizzazzjoni biex jiddiskutu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll is-sitwazzjoni tal-midja f’Malta.

Fuq talba ta’ din organizzazzjoni li taħdem favur il-libertà tal-espressjoni, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministri Owen Bonnici u Carmelo Abela kif ukoll mill-Avukat Ġeneral Peter Grech.

Id-diskussjoni kienet opportunità biex iż-żewġ delegazzjonijiet jitkellmu dwar il-perspettivi tagħhom. Id-delegazzjoni ta’ Reporters Without Borders kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Christophe Deloire u d-Direttur tal-Bureau tar-Renju Unit Rebecca Vincent.