Il-PM jikkritika l-proposta tal-PN għat-tieni pilastru tal-pensjoni

Waqt djalogu li sar mill-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkritika l-proposta tal-oppożizzjoni li jkun hemm introduzzjoni tat-tieni pilastru tal-pensjoni qabel it-tielet pilastru.
Nhar it-Tlieta li għadda fil-Parlament kien hemm approvazzjoni unanimu fuq abbozz li jintroduċi t-tielet pilastru.
Joseph Muscat qal li “it-tieni pilastru jkun ifisser pensjonijiet privati mandatorji, li jwassal għal żieda fil-bolla.
Stqarr ukoll li l-problema tat-traffiku qed taffettwa l-ekonomija u qal li t-traffiku mhux perċezzjoni. Qal li għaldaqstant se jittieħdu azzjonijiet infrastrutturali fil-Kappara, fejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata u fi Triq il-Kosta.
 
Ritratti: Il-Kamra tal-Kummerċ