Il-PM jieħu d-deċiżjonijiet – PL

Il-Partit Laburista saħaq li waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jibqa’ negattiv u jitkellem biss, il-Prim Ministru Joseph Muscat jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu, u bil-fatti qed jagħti Gvern ġdid differenti ferm minn ta’ qablu.
Il-Partit Laburista akkuża lill-Kap tal-PN li ma jemminx kliemu stess u qal li ffaċċjat b’każijiet issa, Busuttil dejjem ħarab mir-responsabiltà tiegħu.
Il-partit fil-Gvern qal li wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar Gaffarena, intrefgħet ir-responsabiltà u se jitwettqu riformi kbar fid-Dipartiment tal-Artijiet, li ilhom bżonnjużi s-snin.
Insista li l-Gvern ma jaħrabx milli jwieġeb u l-Prim Ministru jiddeċiedi waqt li ħaddieħor jikser kliemu u jibqa’ negattiv.