Il-PM jiddiskuti l-blockchain fil-Ġappun

DOI / Kevin Abela

Il-Borża ta’ Malta daqt se tkun qed tħabbar il-Konsorzju tal-Blockchain tal-Borża ta’ Malta. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt iż-żjara tiegħu f’Tokyo fil-Ġappun. Huwa kien qed jindirizza l-Business Forum bejn Malta u l-Ġappun li kien organizzat minn Trade Malta b’kollaborazzjoni mal-Organizazzjoni tal-kummerċ estern tal-Ġappun.

Il-konsorzjum huwa mmirat li jkun think-tank biex b’hekk jiddisinja u jimplimenta l-applikazzjonijiet tal-blockchain.

Fost affarijiet oħra Muscat qal li Malta se tkun qed tibda l-proeċess biex jidħol fis-seħħ il-ftehim ta’ partnership ekonomiku bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun kif ukoll l-partnership strateġiku ffirmat f’Lulju ta’ din is-sena. Il-ftehim għadu jrid jiġi ratifikat u se jidħol fis-seħħ is-sena d-dieħla.

Muscat iltaqa’ wkoll mad-Direttur Maniġerjali Kazuki Shimizu tal-Korporazzjoni Mitsui. Fil-laqgħa ta’ bejnithom huma ffukkaw primarjament fuq koperazzjoni fis-settur tal-enerġija. Muscat diġa kellu laqgħat f’Malta maċ-Ċermen tal-Mitsui qabel.