Il-PM jibda l-ġurnata fil-gym

Ritiratt: Facebook/Rosienne Cutajar

Fl-ewwel jum li fih tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq ħafna mill-miżuri kontra l-pandemija tal-Covid-19, il-Prim Ministru Robert Abela kien fost l-ewwel li dalgħodu mar għal sessjoni fil-gym. Flimkien miegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar li tellgħet ukoll ritratt fuq il-midja soċjali.

B’hekk il-messaġġ issa huwa wieħed ċar li bdejna mill-normalità l-ġdida u biex ħajjietna bil-mod il-mod terġa’ wkoll tidħol f’rutina.

Ritratt: Facebook/Rosianne Cutajar

Nhar it-Tnejn li ġej, it-8 ta’ Ġunju, il-Prim Ministru Abela se jkun qed iniedi wkoll budget bil-għan li jgħin lin-negozju jerġgħu iqumu fuq saqajhom wara dak li ġara minħabba fil-pandemija tal-Covid-19.