Il-PM jgħid li qed iħares ‘il quddiem għar-riżultati tal-inkjesti dwaru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li qed iħares ‘il quddiem għar-riżultati li se joħorġu mill-investigazzjonijiet Maġisterjali li qed isiru mill-Qorti u li hu stess issuġġetta ruħu għalihom.
Dr Muscat kien qed jitkellem wara l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, meta kien qed iwieġeb għar-rimarki tad-deputat tal-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami.
Dr Fenech Adami stieden lill-Prim Ministru jirreaġixxi għall-istejjer li qed joħorġu mill-konsorzju tal-ġurnalisti taħt it-titlu ‘The Daphne Projects’.
The Daphne Project huwa proġett ta' konsorzju ta’ 45 ġurnalist minn 18-il organizzazzjoni tal-midja minn madwar id-dinja kollha, fosthom it-Times of Malta.