Il-PM jgħid li l-ftehim dwar Brexit irid ikun “sensibbli”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May u qal li l-ftehim dwar Brexit irid ikun ”sensibbli”.
Il-Prim Ministru qed jattendi l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li qed isir fi Brussell.
F’laqgħa bilaterali, iż-żewġ Prim Ministri tkellmu fuq l-aħħar żviluppi fuq Brexit u l-effetti li din jista’ jkollha fuq pajjiżna.
Il-Prim Ministru Malti qal li Malta se żżomm relazzjonijiet mill-aqwa mar-Renju Unit. Hu sostna li l-ftehim irid ikun wieħed li ma jpoġġix Stati Membri tal-Unjoni Ewropea fi żvantaġġ, iżda għandu jkun wieħed sensibbli.
Theresa May ilbieraħ tilfet vot importanti dwar Brexit fil-Parlament Ingliż.