Il-PM jawgura lil Peter Buttigieg għall-Presidenza Amerikana

REUTERS/File Photo

Il-Prim Ministru Joseph Muscat awgura lis-Sindku ta’ South Bend f’Indiana Peter Buttigieg li huwa ta’ nisel Malti hekk kif ħabbar l-intenzjoni tiegħu għall-Presidenza Amerikana 2020.

Il-midja Amerikana qed ixxandar din l-aħbar bi prominenza hekk kif qed tgħid li Buttigieg jaf ikun l-ewwel President gay tal-Istati Uniti.

Buttigieg li għandu 34 sena huwa membru tad-Democrats Amerikani u qed jikkontesta għall-kariga ta’ Ċermen tad-Democratic National Committee. Huwa kien elett Sindku fl-età ta’ 29 sena.

Tista’ taqra l-artiklu sħiħ hawn.