Il-PM jappella lill-pajjiżi ma jibqgħux passivi fuq is-Sirja

F’laqgħa mal-Korpi Diplomatiċi, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel appell lill-pajjiżi li għandhom ambaxxatur f’Malta biex ma jibqgħux passivi fuq is-Sirja.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll fuq il-Libja u qal li Malta se tibqa' taqbel mal-pożizzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda u s-soluzzjoni u l-ftehim iridu jintlaħqu madwar il-mejda tan-negozjati.
Joseph Muscat tkellem dwar il-Valletta Summit li sar is-sena li għaddiet u qal li l-immigrazzjoni se tibqa’ fuq quddiem tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea u saħaq li r-regoli tax-Schengen iridu jinbidlu biex ikunu jirrifletti x-xenarju u ż-żminijiet tal-lum.
Matul id-diskors tiegħu, il-Prim Ministru tkellem ukoll fuq il-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea li se tibda mill-1 ta’ Jannar tal-2017.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri