Il-PM iżur il-ħaddiema f’Mater Dei

Il-Prim Ministru Robert Abela llejla pubblika ritratti tiegħu jżur il-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei.

Rapporti f’midja oħrajn qalu li l-Prim Ministru kien Sqallija hekk kif ma kienx preżenti biex iħabbar il-miżuri restrittivi ġodda li ġew ippubblikati dalgħodu.

Fil-post fuq Facebook, il-PM Abela qal li mal-ħaddiema huwa wassal messaġġ ċar ta’ kburija bix-xogħol tagħhom. Huwa qal li flimkien magħhom, se jaħdem biex is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 tibqa’ taħt kontroll.

Fost il-ħaddiema huwa ltaqa’ ma’ dawk li jaħdmu fil-laboratorju, fl-emerġenza, fis-sezzjoni tal-ambulanzi u oħrajn.

Temm jgħid li se jibqa’ jissalvagwardja kemm is-saħħa kif ukoll il-livell tal-għajxien tal-poplu tagħna.