Il-PM Iraqi jwiegħed li jkeċċi lill-Istat Iżlamiku mill-pajjiż

Il-Prim Ministru Iraqi Haider al-Abadi qal li t-terroristi tal-Istat Iżlamiku se jitkeċċew mill-pajjiż ġaladarba l-qawwiet tal-gvern jieħdu kompletament lura l-belt ta’ Ramadi.
Minkejja li s-suldati Iraqini daħlu fil-belt, l-Istat Iżlamiku għadu qed jikkontrolla kważi 30% tagħha.
Waqt intervista televiżiva, il-Prim Ministru ta wkoll kelmtu li se jipprova jieħu wkoll il-belt ta’ Mosul minn taħt idejn l-Istat Iżlamiku, it-tieni l-akbar belt fl-Iraq.
F’Mejju li għadda t-terroristi rebħu Ramadim, u l-gvern Iraqi ilu minn dak iż-żmien jipprova jerġa’ jirbaħha.
Ramadi tinsab 90 kilometru fil-Punent tal-belt kapitali Bagdad.