Il-PM Ingliż ikkundanna l-qtil tal-ġurnalist mill-IS

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ikkundanna l-qtil tal-ġurnalist Amerikan mill-grupp militanti IS.
Filmat grafiku ttella' fuq l-internet juri lil-membru tal-IS allegatament b'aċċent Ingliż jaqta' ras il-ġurnalist.
Il-messaġġ wara l-filmat tal-IS huwa dirett għal Gvern Amerikan, biex ma jintervjenix f’dak li qed jiġri fl-Iraq.
Il-ġurnalist James Wright Foley kien ilu maħtuf mill-2012.
Fuq Twitter, Cameron qal li dan il-qtil huwa allarmanti, u li se jiltaqa' ma' uffiċjali tal-istat dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja.